Biex issib tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali tal-applikazzjonijiet EGF tista' tittajpja kelma ewlenija u/jew tuża wieħed jew bosta mill-kriterji definiti minn qabel hawn taħt.
Kif jaħdem
1. Fejn:
- Stat Membru jsir jaf dwar sensji fuq skala kbira kkawżati minn avveniment ta’ ristrutturar kbir, u
- wara li r-rappreżentanti tal-ħaddiema u min iħaddem ikunu qablu dwar il-pjan soċjali tagħhom.
jitfassal pjan biex jgħin lill-ħaddiema milquta taħt l-awspiċi tal-Persuni ta' Kuntatt tal-EGF f'dak l-Istat Membru.
2. Il-pjan jista' jintintbagħat bħala applikazzjoni lill-Unjoni Ewropea biex permezz tal-EGF tiffinanzja parti minnu.
3. Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa l-proġett u tipproponih lill-Awtorità Baġitarja tal-UE (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew) għall-approvazzjoni.
4. Jekk jiġi approvat, l-Istat Membru jista' jirċievi minn 60% sa 85% tal-ispiża tal-pjan ta' azzjoni.